Kif Google Search torganizza l-informazzjoni
Meta tfittex, Google tfittex f'mijiet ta' biljuni ta' paġni web u kontenut diġitali ieħor organizzat fl-indiċi ta' Search tagħna biex issib informazzjoni siewja - aktar informazzjoni mil-libreriji kollha tad-dinja.


Sejbien tal-informazzjoni permezz tal-crawling

Tqassim u organizzazzjoni tal-kontenut
L-indiċi ta' Google Search ikopri mijiet ta' biljuni ta' paġni web u kiber għal ferm aktar minn 100,000,000 gigabyte. Qisu l-indiċi li ssib fuq in-naħa ta' wara ta' ktieb - b'entrata għal kull kelma li tidher fuq kull paġna web li nindiċizzaw.
Google qatt ma taċċetta pagament għall-crawling ta' sit bi frekwenza akbar - nipprovdu l-istess għodod lis-siti web kollha biex niżguraw l-aqwa riżultati possibbli għall-utenti tagħna.
Ipproċessar kontinwu ta' informazzjoni ġdida
Billi l-web u kontenut ieħor il-ħin kollu jinbidlu, il-proċessi tal-crawling tagħna ma jieqfu qatt biex iżommu l-pass. Jitgħallmu kull kemm żmien il-kontenut li jkunu raw qabel donnu jinbidel u jerġgħu jżuruh skont il-bżonn. Jiskopru kontenut ġdid ukoll hekk kif jidhru links ġodda għal dawk il-paġni jew l-informazzjoni.
Google tipprovdi wkoll sett ta' għodod b'xejn imsejjaħ Search Console li l-ħallieqa jistgħu jużaw biex jgħinuna nagħmlu crawling aħjar tal-kontenut tagħhom. Il-ħallieqa jistgħu jużaw ukoll standards stabbiliti bħal mapep tas-siti jew robots.txt.
Google qatt ma taċċetta pagament għall-crawling ta' sit bi frekwenza akbar - nipprovdu l-istess għodod lis-siti web kollha biex niżguraw l-aqwa riżultati possibbli għall-utenti tagħna.

Indiċizzar mhux biss tal-paġni web
Fil-fatt, għandna diversi indiċijiet ta' tipi differenti ta' informazzjoni, li tinġabar permezz tal-crawling, permezz ta' sħubijiet, permezz ta' feeds ta' dejta mibgħuta lilna u permezz tal-enċiklopedija tal-fatti tagħna stess, il-Grafika tal-Għarfien.
Dawn il-ħafna indiċijiet ifissru li int tkun tista' tfittex fost miljuni ta' kotba mil-libreriji ewlenin, issib il-ħinijiet tal-ivvjaġġar mill-aġenzija lokali tiegħek tat-trasport pubbliku, jew issib dejta minn sorsi pubbliċi bħall-Bank Dinji.