Id-dejta tiegħek f'Search
Ġenerazzjoni u klassifikazzjoni tar-riżultati b'mod awtomatiku
Is-sistemi ta' klassifikazzjoni ta' Google huma ddisinjati biex jorganizzaw mijiet ta' biljuni ta' paġni web u kontenut diġitali ieħor biex jippreżentaw l-aktar riżultati rilevanti u utli fl-ewwel paġna fi frazzjoni ta' sekonda.

Kif Google Search tkompli ttejjeb ir-riżultati
Kif jaħdmu s-sistemi ta' Search
Biex jagħtuk l-aktar informazzjoni utli, l-algoritmi ta' Search iqisu ħafna fatturi u sinjali, inklużi l-kliem tat-talba tiegħek, ir-rilevanza u l-użabbiltà tal-paġni, il-kompetenza tas-sorsi, il-post fejn tinsab u s-settings tiegħek.
L-importanza applikata għal kull fattur tvarja skont in-natura tat-talba tiegħek. Pereżempju, meta tfittex suġġetti tal-aħbarijiet kurrenti, kemm il-kontenut huwa reċenti għandu rwol akbar mid-definizzjonijiet tad-dizzjunarju.
Sinjali ewlenin ta' Search jinkludu:
Tifsira tat-talba tiegħek

Din is-sistema ħadet aktar minn ħames snin biex tiżviluppa u ttejjeb b'mod sinifikanti r-riżultati f'aktar minn 30% tat-tfittxijiet fil-lingwi kollha.
Dan jinvolvi passi li jidhru sempliċi daqs ir-rikonoxximent u l-korrezzjoni ta' żbalji ortografiċi, u jestendi għas-sistema ta' sinonimi sofistikata tagħna li tippermettilna nsibu dokumenti rilevanti anke jekk ma jkunx fihom il-kliem eżatt li użajt. Pereżempju, jaf tkun fittixt "ibdel il-luminożità tal-laptop" iżda l-manifattur kiteb "aġġusta l-luminożità tal-laptop". Is-sistemi tagħna jifhmu li l-kliem u l-intenzjoni huma relatati u għalhekk juruk il-kontenut it-tajjeb.
Kif Search tiddetermina l-kuntest
-
Keywords
Jekk fit-talba tiegħek użajt kliem bħal "tisjir" jew "stampi", is-sistemi tagħna jindunaw li l-aħjar skont dak li fittixt huwa li jintwerewlek riċetti u stampi.
-
Lingwa
Il-lingwa tat-talba tiegħek tiddetermina kif se jintwerew il-biċċa l-kbira tar-riżultati - pereżempju, tfittxija bil-Franċiż tagħti riżultati bil-lingwa Franċiża.
-
Lokalizzazzjoni
Is-sistemi tagħna jistgħu wkoll jirrikonoxxu ħafna talbiet li għandhom intenzjoni lokali. Allura meta tfittex "pizza", ikollok riżultati dwar negozji fil-qrib li jagħmlu konsenja.
-
Avvenimenti attwali
Meta tkun qed tfittex riżultati sportivi, qligħ tal-kumpaniji jew stejjer tal-mument, tara l-aktar informazzjoni reċenti.
Rilevanza tal-kontenut
Sussegwentement, is-sistemi tagħna janalizzaw il-kontenut biex jivvalutaw jekk fihx informazzjoni li tista' tkun rilevanti għal dak li tkun qed tfittex.
L-aktar sinjal bażiku li l-informazzjoni hija rilevanti huwa meta l-kontenut ikun fih l-istess keywords bħall-talba għat-tiftix tiegħek. Pereżempju, jekk dawk il-keywords jidhru fl-intestaturi jew it-test tal-korp ta' paġna web, l-informazzjoni tista' tkun aktar rilevanti.
Is-sistemi tagħna jfittxu sinjali kwantifikabbli biex jivvalutaw ir-rilevanza, iżda mhumiex iddisinjati biex janalizzaw kunċetti suġġettivi bħall-perspettiva jew l-orjentazzjoni politika tal-kontenut ta' paġna.
Nużaw ukoll dejta ta' interazzjoni aggregata u anonimizzata biex nivvalutaw jekk ir-riżultati tat-tfittxija humiex rilevanti għat-talbiet. Nittrasformaw dik id-dejta f'sinjali li jgħinu lis-sistemi tagħna bbażati fuq it-tagħlim awtomatiku jivvalutaw aħjar ir-rilevanza. Aħseb ftit: meta tfittex "klieb," x'aktarx ma tridx paġna bil-kelma "klieb" fuqha ripetuta mijiet ta' drabi. B'dan f'moħħhom, l-algoritmi jivvalutaw jekk paġna fihiex kontenut rilevanti ieħor minbarra l-keyword "klieb" - bħal stampi ta' klieb, vidjows jew saħansitra lista ta' razez.

Kwalità tal-kontenut

Wara li jidentifikaw kontenut rilevanti, is-sistemi tagħna għandhom l-għan li jagħtu prijorità lil dak li jidher l-aktar utli. Biex jagħmlu dan, jidentifikaw sinjali li jistgħu jgħinu biex jiddeterminaw liema kontenut juri kompetenza, awtorevolezza u affidabbiltà.
Pereżempju, wieħed mill-fatturi użati biex tiġi ddeterminata l-kwalità huwa li jiġi mifhum jekk siti web prominenti għandhomx links jew jirreferux għall-kontenut. Dan ġeneralment huwa sinjal tajjeb li l-informazzjoni hija affidabbli. Feedback aggregat mill-proċess tagħna ta' evalwazzjoni tal-kwalità ta' Search jgħin biex jirfina kif is-sistemi tagħna jagħrfu l-kwalità tal-informazzjoni.
Il-kontenut fuq il-web u l-ekosistema tal-informazzjoni ġenerali qed jinbidel fuq bażi kostanti. Inkejlu u nivvalutaw fuq bażi kontinwa l-kwalità tas-sistemi tagħna biex niżguraw li qed niksbu l-bilanċ it-tajjeb bħala rilevanza tal-informazzjoni u awtorevolezza ħalli nżommu l-fiduċja tiegħek fir-riżultati li tara.

Kuntest u settings

Search għandha l-għan li tgħaqqad il-kurżità tal-bniedem mal-għarfien bl-aktar mod preċiż possibbli. Biex nagħmlu dan, nużaw informazzjoni bħall-post fejn tinsab, il-kronoloġija tal-passat ta' Search, u s-settings ta' Search biex niddeterminaw x'inhu l-aktar rilevanti għalik f'dak il-ħin. Pereżempju, xi ħadd li jfittex "futbol" f'Chicago x'aktarx se jara riżultati dwar il-futbol Amerikan u ċ-Chicago Bears; f'Londra, dik it-tfittxija tista' tagħti riżultati dwar il-futbol u l-Premier League.
Is-sistemi tagħna jistgħu jagħrfu jekk żortx l-istess paġna diversi drabi qabel u jpoġġu dik il-paġna fil-quċċata tar-riżultati tiegħek ta' Search. Inkella, jekk qed tuża l-istess talba, nistgħu nuru perspettivi ġodda u l-istejjer ewlenin minn madwar il-web. Bħall-informazzjoni kollha fuq Search, is-sistemi tagħna se jużaw l-istess approċċ biex juru informazzjoni ta' kwalità għolja bbażata fuq fatturi bħall-għarfien espert, l-esperjenza, l-awtorevolezza u l-affidabbiltà.
Dawn is-sistemi huma ddisinjati biex jaqblu mal-interessi tiegħek, iżda mhumiex iddisinjati biex jiddeduċu karatteristiċi sensittivi bħar-razza, ir-reliġjon jew il-partit politiku tiegħek.
Għamilniha faċli biex taġġusta s-settings tiegħek u tibqa'
fil-kontroll, kemm jekk tkun qed issegwi suġġetti speċifiċi
biex tikseb l-aktar informazzjoni f'waqtha, kif ukoll jekk
tkun qed tfittex għarfien dirett mill-ħallieqa u
l-konsumaturi. Tista' dejjem tara liema riżultati huma
personalizzati u tibdel is-settings tiegħek fi kwalunkwe
ħin.
Ikkontrolla l-attività tiegħek fuq Search
Tista' tikkontrolla liema attività ta' Search tintuża biex ittejjeb l-esperjenza tiegħek b'Search, inkluż l-aġġustament ta' liema dejta tiġi ssejvjata fil-kont ta' Google tiegħek. Tista' taġġorna jew tibdel is-settings tal-personalizzazzjoni jew il-preferenzi fil-kont tiegħek meta trid.
Tista' ssib ukoll preferenzi ta' kontenut bħal SafeSearch fis-settings. Dawn jgħinuk tiddeċiedi dwar jekk ir-riżultati tat-tfittxija jinkludux kontenut grafiku li jista' jkun xokkanti għal xi utenti.
Skopri aktar
-
ORGANIZZAZZJONI TAL-INFORMAZZJONI
Kif Search torganizza l-informazzjoni
-
ITTESTJAR RIGURUŻ
Titjib kontinwu tal-esperjenza tiegħek
-
SKOPERTA TA' SPAM
Kif inżommuk sikur/a fuq Search
-
TEKNOLOĠIJA
Skopri x'jiġri meta tuża Search