Kif ir-reklami jidhru f'Search
Kif jaħdmu r-reklami fuq Google Search
Dejjem emminna li hu importanti li kulħadd - irrispettivament minn kemm
jaqla' u kemm studja - ikollu aċċess għall-aqwa informazzjoni. Ir-reklami
jgħinuna nagħmlu dan billi noħolqu konnessjoni bejn in-nies u n-negozji li
joffru l-prodotti u s-servizzi li jistgħu jkunu qed ifittxu.
In-negozji jistgħu jirreklamaw fuq taqsimiet tar-reklami eliġibbli u mmarkati
b'mod ċar. Iżda, billi nbigħu biss spazju għar-reklami, ħadd ma jista' jixtri
pożizzjoni aħjar fir-riżultati organiċi ta' Search.

Google Search għaliex fiha r-reklami?
Kif ir-reklami jappoġġaw lil Search


Fl-2022, l-għodod tar-reklamar ta' Google Search, Google Play, Google Cloud, YouTube, u Google għenu biex jiġu pprovduti $701 biljun f'attività ekonomika għal miljuni ta' negozji, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, pubblikaturi, ħallieqa u żviluppaturi fl-Istati Uniti tal-Amerka.
La r-reklamaturi, la s-sħab u lanqas kull min ikollu relazzjoni finanzjarja ma' Google ma jingħata xi vantaġġ jew trattament speċjali fir-riżultati ta' Search. Ma jingħatawx spinta fil-klassifikazzjoni. Jekk ikollhom problema, iridu jużaw l-istess għodod u riżorsi mingħajr ħlas li aħna nipprovdu lil kulħadd.
Lil ħadd ma nitolbu flus biex jidher fl-indiċi tat-tiftix tagħna. Il-fatt li negozju, individwu jew organizzazzjoni jixtru r-reklami mhuwiex fattur fl-algoritmi ta' Search tagħna. Qatt ma nagħtu trattament speċjali lir-reklamaturi f'kif l-algoritmi ta' Search tagħna jikklassifikaw is-siti web tagħhom, u ħadd ma jista' jħallasna biex nagħmlu dan.
Sir af aktar dwar
Inżommu t-trasparenza bir-reklami

Agħżel l-esperjenza tar-reklami li hi dik li tgħodd għalik fuq Search

Ir-reklami tiegħek, l-għażla tiegħek
Reklami li jirrispettaw il-privatezza tiegħek

Dan hu kif il-prinċipji tal-privatezza ta' Google japplikaw għar-reklami fuq Search
-
Qatt ma nbigħu l-informazzjoni personali tiegħek lil xi ħadd
-
Aħna trasparenti dwar x'dejta niġbru u għaliex
-
Nagħmluhielek faċli biex tikkontrolla l-informazzjoni personali tiegħek
-
Innaqqsu d-dejta li nużaw biex inkomplu nħarsu l-privatezza tiegħek
-
Nipproteġuk billi nibnu prodotti li huma siguri sa mid-disinn tagħhom
Skopri aktar
-
GĦAJNUNA LILL-ĦALLIEQA
Kif tisfrutta bl-aħjar mod il-preżenza tiegħek fuq il-web
-
MASSIMIZZAZZJONI TAL-AĊĊESS
Inżommu l-informazzjoni fuq il-web disponibbli għal kulħadd
-
KWALITÀ TAL-INFORMAZZJONI
Informazzjoni affidabbli minn sorsi ta' reputazzjoni tajba
-
IL-KEYWORD
Mutur tal-prestazzjoni tar-reklami mingħajr cookies ta' partijiet terzi