Funzjonijiet siewja
Kull sena, aħna naraw triljuni ta' tfittxijiet. Il-funzjonijiet ta' tiftix ta' Google jiżguraw li int tkun tista' tikseb l-informazzjoni t-tajba fil-ħin opportun fil-format li jkun l-aktar utli għad-domanda tiegħek. Kultant tkun paġna web, u kultant tkun informazzjoni dwar id-dinja reali bħal mappa jew inventarju f'ħanut lokali.
Il-Grafika tal-Għarfien tagħti informazzjoni istantanja fuq nies, postijiet u oġġetti.
Il-Grafika tal-Għarfien hi l-bażi tad-dejta tagħna ta' aktar minn ħames biljuni persuna, post u oġġett mid-dinja reali b'aktar minn 500 biljun fatt. Tista' tikseb informazzjoni rapida għal mistoqsijiet bħal “X'inhu t-Torri Eiffel?”, “Kemm hu twil?”, “Meta nfetaħ għall-ewwel darba?” u mbagħad tikklikkja biex tesplora fuq il-web.
Id-direzzjonijiet u t-traffiku juru l-aqwa rotta — direttament f'Search.
Minn dejjem kien pjuttost ovvju li meta n-nies ifittxu indirizz fuq Google — pereżempju “Triq Bushwood” — ma jkunux qed jitolbu link għal siti web li jsemmu din it-triq. Wisq probabbli jridu jkunu jafu fejn tinsab u kif jaslu hemm. Allura, meta jkun xieraq, Search tinkludi mapep li jgħinuk tasal fejn trid tmur, jew issib b'faċilità akbar in-negozji lokali u informazzjoni.
Mit-temp ta' bħalissa sal-aħħar punteġġi sportivi, it-tweġibiet utli jżommuk aġġornat/aġġornata.
Qed tfittex punteġġi sportivi, kwoti tal-istokks, tbassir tat-temp, jew il-ħinijiet tal-wiri ta' film fiċ-ċinema? Google tipprovdilek dan b'faċilità liema bħalha billi tissieħeb ma' fornituri speċjalizzati tal-informazzjoni. Aħna nilliċenzjaw il-kontenut tagħhom biex nipprovdu tweġibiet utli direttament fil-paġna tar-riżultati ta' Search.
Aħna ngħinuk issib u tevalwa informazzjoni ta' kwalità għolja.
Sew jekk qed tfittex informazzjoni dwar is-saħħa, aspetti ċiviċi, jew saħansitra jekk qed tivverifika bejjiegħ online qabel ma tixtri mingħandu - aħna impenjati biex ngħinuk issib informazzjoni ta' kwalità għolja online u ħloqna għodod biex ngħinuk tevalwa l-affidabbiltà tal-informazzjoni jew tas-sorsi.
Sir af aktar dwar l-għodod li jgħinuk tevalwa l-informazzjoni online b'mod kritiku
Is-Snippets li Qed Jintwerew jixħtu dawl fuq kontenut siewi.
Snippets li qed jintwerew huma fejn aħna nuru deskrizzjoni ta' paġna b'mod prominenti — dak li aħna nsejħulu "snippet". Nużaw dan il-format meta s-sistemi tagħna jiddeterminaw li jista' jkun ta' għajnuna għan-nies biex jiskopru b'faċilità akbar dak li jkunu qed ifittxu, kemm mid-deskrizzjoni kif ukoll meta jikklikkjaw fuq il-link biex jaqraw il-paġna stess. Hu partikolarment siewi għal dawk fuq il-mowbajl jew li jfittxu bil-vuċi.
L-għodod tagħna għat-tfal u għall-familji jgħinuna nagħmlu Search aktar sikura għal kulħadd.
Waħda mill-aktar partijiet importanti tat-tfulija hi l-kuriżità tat-tfal li twassalhom biex jistaqsu. Għalhekk aħna nipprovdu għodod bħall-filtri tal-kontenut u l-kontrolli ta' superviżjoni biex jgħinu lil Google Search tkun post li l-familja kollha tista' tfittex fih b'kunfidenza għal informazzjoni ġdida.
Discover tgħinek tkompli tesplora l-interessi tiegħek.
Anki meta ma jkollokx domanda speċifika f'moħħok, xorta jaf tkun tixtieq tkun ispirat/ispirata mill-affarijiet li jkunu l-aktar għal qalbek. Għalhekk bnejna Discover. Discover, li ssibha fl-applikazzjoni ta' Google, fuq l-iskrins ewlenin ta' Android, u fuq il-paġna ewlenija ta' Google fuq il-mowbajl, hi feed personalizzata li tgħinek tesplora kontenut imfassal apposta għall-interessi tiegħek. Tista' wkoll tippersonalizza l-esperjenza billi ssegwi suġġetti u tindika meta tkun tixtieq tara aktar jew anqas fuq suġġett partikolari.