Jump to Content

Detezzjoni tal-ispam biex inwasslulek riżultati rilevanti u affidabbli

Google tinvesti f'sistemi biex tiżgura li s-siti ma jtejbux il-pożizzjoni tagħhom fost ir-riżultati ta' Search bis-saħħa ta' mġiba qarrieqa jew manipulattiva. Dan hu partikolarment importanti għaliex is-siti ta' spam jistgħu jagħmlu ħsara lin-nies jew iqarrqu bihom.

Illustrazzjoni ta' żewġ persuni jittajpjaw fuq l-apparati tagħhom stess, waqt li jużaw Google Search.

Kif Google żżommok sikur/sikura fuq Search

Is-sistemi tagħna jsibu 40 biljun paġna bi mġiba ta' spam kuljum.

Għalfejn aħna niġġieldu kontra l-ispam

Is-siti ta' spam jippruvaw jimmanipulaw biex itejbu l-pożizzjoni tagħhom fost ir-riżultati ta' Search permezz ta' varjetà ta' tekniki bħar-ripetizzjoni tal-keywords għal diversi drabi, jew il-wiri ta' kontenut ta' Google li jkun differenti minn dak li jaraw l-utenti (xi ħaġa magħrufa bħala "cloacking"). Il-hackers kultant saħansitra jidħlu f'siti leġittimi u jbiddluhom f'siti ta' spam li jistgħu jidderieġu lin-nies lejn scams jew affarijiet agħar.

Kif nissettjaw il-mira kontra l-ispam

Għandna linji gwida ċari li jissenjalaw imġiba li tindika spam, u jipprovdu proċess ċar biex jiġu appellati tneħħijiet wara li jiġi indirizzat il-ksur.
  • Detezzjoni awtomatizzata

    Is-sistemi awtomatizzati tagħna jistgħu jidentifikaw il-maġġoranza assoluta tal-ispam u jżommuha barra mill-aqwa riżultati ta' Search tiegħek, b'mod simili għal kif sistema tajba tal-email iżżomm l-ispam milli tifqagħlek l-inbox tiegħek.

  • Reviżjoni manwali

    Il-bqija tal-ispam tiġi indirizzata manwalment mit-tim tagħna ta' tneħħija tal-ispam, li jirrevedi l-paġni u jissenjalahom jekk ikunu qed jiksru l-politiki dwar l-ispam. Meta nieħdu azzjoni manwali fuq kontenut, nippruvaw navżaw lill-ħallieq biex ngħinuh jindirizza l-problemi.

  • Talbiet għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid

    Malli l-problema tiġi rrimedjata, ħallieq ikun jista' jissottometti l-kontenut tiegħu biex jerġa' jiġi kkunsidrat. Aħna nipproċessaw it-talbiet kollha li nirċievu għal kunsiderazzjoni mill-ġdid.

  • Komunikazzjoni mas-sidien

    Irridu li s-sidien tas-siti web ikollhom l-informazzjoni li jeħtieġu biex jirranġaw is-siti tagħhom kif suppost. Għalhekk, maż-żmien aħna investejna riżorsi sostanzjali fil-komunikazzjoni mal-ħallieqa.

Ħarsien tar-riżultati ta' Search

Collage ta' stampi li juru lil Google twettaq proċessi ta' verifika b'mod awtomatiku fuq ir-riżultati ta' Search.

Trasparenza u sigurtà

Il-ġlieda kontra l-ispam biex inżommu r-riżultati tiegħek sikuri u utli hi sfida ta' kuljum. Irridu nkunu trasparenti dwar kif taħdem Search, iżda rridu noqogħdu wkoll attenti li ma nikxfux wisq dettalji li jippermettu lin-nies jimmanipulaw ir-riżultati tat-tiftix tagħna u jtellfu l-esperjenza għal kulħadd.

Din it-tagħlima ħadnieha minn esperjenza qarsa fil-passat. Lura fl-1999, il-fundaturi ta' Google ppubblikaw studju pijunier rivoluzzjonarju dwar PageRank, innovazzjoni importanti fl-algoritmu ta' Google. Malli ġie ppubblikat dak l-istudju, l-ispammers ippruvaw jimmanipulaw lil Google billi jħallsu lil xulxin għal-links.
Collage ta' stampi li juru persuna tiskopri riżultat sikur u rilevanti

Teknoloġija li qed tevolvi

Search hi għodda b'saħħitha. Tgħin lin-nies isibu, jaqsmu u jaċċessaw kwantità inkredibbli ta' kontenut, irrispettivament minn kif ikunu konnessi jew fejn ikunu jinsabu. Naħdmu bla heda biex niżguraw li int tara riżultati ta' Search ta' kwalità għolja u mhux spam.

Il-ħin kollu qed intejbu t-teknoloġija tagħna ta' kontra l-ispam u se nkomplu naħdmu mill-qrib mal-webmasters u ma' oħrajn biex inrawmu u nsostnu ekosistema tal-web ta' kwalità għolja.