L-approċċ tagħna għal Search
In-nies madwar id-dinja jirrikorru għal Search biex isibu informazzjoni,
jitgħallmu dwar suġġetti ta' interess u jieħdu deċiżjonijiet importanti. Nafu li
n-nies jibbażaw fuqna u għalhekk l-impenn tagħna qatt mhu se jonqos. Hekk kif
it-teknoloġija tevolvi, se nkomplu ngħinu lil kulħadd isib l-informazzjoni li jkun
qed ifittex.
Nemmnu li Search għandha:
Twassal l-aktar informazzjoni rilevanti u affidabbli disponibbli
Kuljum, ħmistax fil-mija tat-tfittxijiet ikunu tfittxijiet li ma nkunu qatt rajna qabel, b'hekk nużaw sistemi awtomatizzati biex inwasslulek l-aktar informazzjoni rilevanti u affidabbli li nistgħu nsibu. Biex jgħinuk issib dak li qed tfittex, dawn is-sistemi jqisu ħafna fatturi, fosthom il-kliem fit-talba tiegħek, il-kontenut tal-paġni, l-għarfien espert tas-sorsi u l-lingwa u l-post tiegħek. Biex nivvalutaw jekk in-nies jibqgħux isibu r-riżultati tagħna rilevanti u affidabbli, għandna proċess rigoruż li jinvolvi ttestjar eċċessiv u l-użu ta' evalwaturi tal-kwalità li jiżguraw li s-sistemi awtomatizzati tagħna jipproduċu riżultati tajbin ħafna kif jistenna bniedem.
Sir af aktarTimmassimizza l-aċċess għall-informazzjoni
Il-missjoni ta' Google hija li torganizza l-informazzjoni tad-dinja u
tagħmilha aċċessibbli u utli b'mod universali. Għalhekk Search tagħmilha
faċli biex tiskopri firxa wiesgħa ta' informazzjoni minn varjetà kbira ta'
sorsi. Xi informazzjoni hija sempliċi, bħal kemm hu għoli t-Torri Eiffel.
Għal suġġetti aktar kumplessi, Search hija għodda biex tesplora diversi
perspettivi sabiex tkun tista' tifforma l-fehim tad-dinja tiegħek
stess.
Biex inżommu l-informazzjoni aċċessibbli, inneħħu biss kontenut
mir-riżultati tat-tfittxija tagħna f'ċirkostanzi limitati, bħall-konformità mal-liġijiet lokali jew talbiet mingħand sid ta' sit.
Tippreżenta informazzjoni bl-aktar mod utli
Illum, l-informazzjoni teżisti mhux biss fil-paġni web iżda fl-istampi, il-vidjows, l-aħbarijiet, ir-riżultati sportivi u ħafna tipi oħra ta' kontenut. Allura jekk qed tfittex direzzjonijiet, nuruk mappa. Jew meta tkun qed tfittex it-tbassir tat-temp jew il-prezzijiet tal-istokks, nuru l-aktar informazzjoni aġġornata possibbli. Nużaw lingwaġġ u disinn aċċessibbli biex niggwidawk tul l-esperjenza tiegħek fuq Search u nittestjaw l-approċċ tagħna b'mod wiesa' biex niżguraw li qed nippreżentaw l-informazzjoni bl-aktar mod utli.
Sir af aktarTipproteġi l-privatezza tiegħek
Bil-prinċipji tal-privatezza tagħna bħala gwida, noħolqu għodda u spjegazzjonijiet biex ngħinuk tifhem kif nużaw id-dejta ħalli nagħmlu Search aktar ta' għajnuna għalik. Pereżempju, bl-użu tal-kronoloġija tat-tiftix tiegħek, Google tista' tikkompleta b'mod awtomatiku t-tfittxijiet tiegħek. Allura jekk tibda tfittex "Barċellona", il-kompletar awtomatiku jista' jbassar postijiet jew attrazzjonijiet li tkun fittixt qabel ma tkun saħansitra lestejt tittajpjahom. Meta tuża l-prodotti tagħna inti tafdana bid-dejta tiegħek, u hija r-responsabbiltà tagħna li nżommu d-dejta tiegħek privata u sigura. Għalhekk nibnu kontrolli sabiex tkun tista' tagħżel is-settings tal-privatezza adatti għalik jew anke tħassar id-dejta tiegħek b'mod permanenti. Biex inżommu d-dejta tiegħek sigura, bnejna wħud mill-infrastrutturi tas-sigurtà l-aktar avvanzati fid-dinja. U qatt mhu se nbigħu l-informazzjoni personali tiegħek lil persuni oħra. Nagħmlu l-flus mir-reklamar, mhux billi nbigħu informazzjoni personali.
Sir af aktarTbigħ reklami, u xejn aktar
Ir-reklami huma r-raġuni għalfejn Search tibqa' aċċessibbli għal kulħadd.
Iżda r-reklami huma l-unika ħaġa li nbigħu.
Ma nitolbu lil ħadd iħallas biex jidher fl-indiċi tat-tfittxija
tagħna. Il-fatt li negozju, individwu jew organizzazzjoni jixtru reklam,
dan mhuwiex fattur fl-algoritmi tat-tfittxija tagħna. Qatt ma nipprovdu
trattament speċjali
lil reklamaturi fil-mod kif l-algoritmi tat-tfittxija tagħna
jikklassifikaw is-siti web tagħhom, u ħadd ma jista' jħallasna biex
nagħmlu dan.
Ir-reklami jintwerew biss jekk nemmnu li huma rilevanti għat-termini
tat-tfittxija li tkun daħħalt. Għall-maġġoranza tat-tfittxijiet, ma nuru
l-ebda reklam. Meta nuru reklami, dejjem ikunu mmarkati sabiex tkun tista'
tagħrafhom mir-riżultati tat-tfittxija.
Tgħin lill-ħallieqa jirnexxu online
Biex nappoġġjaw ekosistema sana ta' kontenut ġdid u utli fil-lingwi kollha tad-dinja, ngħinu lill-persuni, lill-pubblikaturi u lin-negozji ta' kull daqs jirnexxu u jkunu kapaċi jinstabu minn ħaddieħor. Nagħmlu dan billi nindirizzaw il-viżitaturi lejn siti web żgħar u kbar mir-riżultati tat-tfittxija tagħna jew permezz ta' konnessjonijiet bħall-elenkar ta' indirizzi tan-negozju u numri tat-telefown. Ma nitolbux ħlas biex wieħed jiġi inkluż fl-elenki tat-tfittxija tagħna, u nipprovdu wkoll għodda u riżorsi mingħajr ħlas biex ngħinu lis-sidien tas-siti jkollhom suċċess.
Sir af aktarSir af aktar dwar
Kif inħarsu l-privatezza u s-sigurtà tiegħek
Kif tagħmel biex is-sit tiegħek ikollu suċċess fis-Search Central
tagħna
L-aktar informazzjoni aġġornata fil-karti tar-riċerka tagħna
Dejta reċenti dwar il-privatezza, is-sigurtà u l-aċċess
għall-informazzjoni fir-Rapport dwar it-Trasparenza tagħna