Jump to Content

Titjib ta' Search permezz ta' ttestjar rigoruż

L-għan tagħna dejjem ikun li nipprovdulek l-aktar informazzjoni utli u rilevanti. Kull bidla li nagħmlu f'Search dejjem ittejjeb l-utilità tar-riżultati li int tara.

Illustrazzjoni tad-dinja b'pinnijiet f'kull kontinent b'avatars differenti.

Ara kif nies reali jtejbu l-Google Search

Ittestjar għall-utilità

Search inbidlet tul is-snin biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet u l-aspettattivi li dejjem jevolvu tan-nies li jużaw Google. Minn innovazzjonijiet bħall-Grafika tal-Għarfien, sa aġġornamenti fis-sistemi tagħna li jiżguraw li nkomplu nenfasizzaw kontenut rilevanti, l-għan tagħna dejjem ikun li ntejbu l-utilità tar-riżultati tiegħek. Din hi r-raġuni għaliex, filwaqt li r-reklamaturi jistgħu jħallsu u jintwerew f'taqsimiet tar-reklami indikati b'mod ċar, ħadd ma jista' jixtri pożizzjoni aħjar fir-riżultati ta' Search.

Nagħmlu l-bidliet kollha possibbli f'Search permezz ta' proċess rigoruż ta' evalwazzjoni biex nanalizzaw il-metriki u niddeċiedu jekk nimplimentawx bidla proposta. Id-dejta minn dawn l-evalwazzjonijiet tat-tfittxijiet u l-esperimenti jgħaddu minn reviżjoni dettaljata li ssir minn inġiniera u analisti tat-tfittxijiet esperti, kif ukoll minn esperti legali u tal-privatezza oħrajn, li mbagħad jiddeterminaw jekk il-bidla tkunx approvata biex tinħareġ. Fl-2023, għamilna aktar minn 700,000 esperiment li wasslu f'aktar minn 4,000 aspett imtejjeb f'Search.

Nevalwaw Search b'diversi modi. Fl-2023, għamilna:

4,781 tnedija

Kull bidla proposta għal Search tiġi rriveduta mill-aktar inġiniera u xjenzjati tad-dejta esperjenzati tagħna, li b'reqqa kbira jirrevedu d-dejta mill-esperimenti differenti kollha biex jiddeċiedu jekk il-bidla tkunx approvata biex tinħareġ. Jekk ma jirnexxilniex nuru li bidla fil-fatt se ttejjeb l-affarijiet għan-nies, ma noħorġuhiex.
Tliet bidliet potenzjali, waħda klassifikata bħala tajba, oħra newtrali u oħra ħażina

16,871 esperiment bi traffiku reali

Nagħmlu esperimenti bi traffiku reali biex naraw kif in-nies reali jinteraġixxu ma' karatteristika qabel ma noħorġuha għal kulħadd.
Tqabbil tal-paġna bi grafiki li juru r-rata ta' interazzjonijiet tal-utenti
  • Tmexxija ta' esperimenti

    L-ewwel nattivaw il-karatteristika inkwistjoni għal perċentwal żgħir biss tan-nies, billi normalment nibdew b'0.1%. Imbagħad inqabblu l-grupp tal-esperiment ma' grupp ta' kontroll li ma kellux il-karatteristika attivata.

  • Analiżi tal-metriki

    Imbagħad, inħarsu lejn lista twila ħafna ta' metriki, bħal fuq xiex jikklikkjaw in-nies, kemm-il tfittxija tkun saret, liema tfittxijiet ġew abbandunati, jew kemm damu n-nies biex jikklikkjaw fuq riżultat.

  • Kejl tal-interazzjonijiet

    Fl-aħħar mill-aħħar, aħna nużaw dawn ir-riżultati biex inkejlu jekk l-interazzjoni mal-karatteristika l-ġdida tkunx pożittiva, bl-għan li niżguraw li l-bidliet li nagħmlu jżidu r-rilevanza u l-utlità tar-riżultati tagħna għal kulħadd.

719,326 test tal-kwalità tat-tfittxijiet

Illustrazzjoni ta' riżultati ta' Search b'lista ta' kontroll li tindika r-riżultati ta' kwalità għolja
Naħdmu ma' Klassifikaturi tal-Kwalità tat-Tfittxijiet esterni biex inkejlu l-kwalità tar-riżultati ta' Search fuq bażi kontinwa. Il-klassifikaturi jivvalutaw kemm il-kontenut tas-sit web jissodisfa talba ta' tfittxija, u jevalwaw il-kwalità tar-riżultati fuq il-bażi tal-kompetenza esperta, tal-awtoritarjetà, u tal-affidabbiltà tal-kontenut. Dawn il-klassifikazzjonijiet ma jimpattawx il-klassifikazzjoni b'mod dirett, iżda jgħinuna noħolqu parametru referenzjarju għall-kwalità tar-riżultati tagħna u niżguraw li dawn jilħqu livell għoli madwar id-dinja kollha.

Il-klassifikaturi jevalwaw il-kwalità tar-riżultati fuq il-bażi tal-kompetenza esperta, tal-awtoritarjetà, u tal-affidabbiltà tal-kontenut.

Biex niżguraw approċċ konsistenti, nippubblikaw Linji Gwida għall-Klassifikaturi tal-Kwalità tat-Tfittxijiet biex nagħtu lil dawn il-Klassifikaturi gwida u eżempji għall-klassifikazzjonijiet xierqa tas-siti web. Filwaqt li l-evalwazzjoni tal-kwalità tar-riżultati tat-tiftix tinstema' bħala xi ħaġa sempliċi, hemm ħafna każijiet diffiċli li jkunu jeħtieġu ħafna ħsieb, u allura dan il-feedback hu kritiku biex niżguraw li nżommu riżultati ta' kwalità għolja għall-utenti.

Għoti ta' prominenza lir-riżultati ta' Google Search

In-nies la jirranġaw u lanqas ma jagħżlu r-riżultati fuq Search. Google Search awtomatikament tagħti prominenza akbar lill-aktar kontenut utli u affidabbli għal tfittxijiet partikolari. Nipproċessaw biljuni ta' tfittxijiet kull ġurnata. Hu bis-saħħa tal-awtomatizzazzjoni li Google tlaħħaq mal-iskala enormi ta' tant tfittxijiet. Dawn is-sistemi jqisu ħafna fatturi, inkluż il-kliem fit-tfittxija tiegħek, il-kontenut tal-paġni, il-kompetenza esperta tas-sorsi, u l-lingwa tiegħek u l-post fejn tinsab.

Meta nidentifikaw postijiet fejn ma nkunux qed inwasslu riżultati ta' kwalità għolja, ninvestigaw biex nifhmu x'tista' tkun il-problema ġenerali li qed twassal għal dan, u nieħdu approċċ li jista' jiġi espandut skont il-bżonn biex intejbu r-riżultati tagħna mhux biss għal tfittxija waħda, iżda għal ħafna oħrajn.

Il-ħin kollu ntejbu l-Google Search. F'xi każijiet, nistgħu ninvolvu bnedmin biex manwalment jimblukkaw kontenut li jikser il-politiki jew li jkun illegali, fis-sitwazzjonijiet limitati u definiti sew li jiġġustifikaw dan. Tista' ssir taf aktar dwar il-politiki tagħna li japplikaw għal Google Search hawnhekk.

124,942 esperiment parallel

Search mhix statika. Il-ħin kollu ntejbu s-sistemi tagħna biex nirritornaw riżultati aħjar u l-Klassifikaturi tal-Kwalità tat-Tfittxijiet jaqdu rwol importanti fil-proċess ta' tnedija tas-sistemi. F'esperiment parallel, aħna nuru lill-Klassifikaturi żewġ settijiet differenti ta' riżultati ta' Search: wieħed bil-bidla proposta diġà implimentata u ieħor mingħajr. Nistaqsuhom liema riżultati jippreferu u għalfejn.
It-tqabbil ta' żewġ stili ta' riżultati ta' Search bi Klassifikatur tal-Kwalità tat-Tfittxijiet li jagħżel l-aqwa għażla bejniethom