Kif taħdem Google Search
Kull darba li tfittex, ikun hemm eluf, kultant miljuni, ta' paġni web jew ta' kontenut ieħor li jista' jkun jaqbel ma' dak li tkun qed tfittex. Google tuża s-sistemi robusti tagħha biex tippreżenta l-aktar informazzjoni siewja bħala tweġiba għat-tfittxija tiegħek.

Kif Taħdem Google Search (f'5 minuti)
Elementi ewlenin ta' Search
-
Organizzazzjoni tal-informazzjoni
L-akbar librerija tad-dinja
L-indiċi ta' Search tagħna qisu librerija, ħlief li fih aktar informazzjoni mil-libreriji kollha tad-dinja f'daqqa. Il-ħin kollu nżidu fih u naġġornawh b'dejta dwar paġni web, stampi, kotba, vidjows, fatti u ferm aktar. -
Klassifikazzjoni tar-riżultati
Tqabbil istantanju mat-tfittxija tiegħek
F'tebqa t'għajn, is-sistemi awtomatizzati ta' Search ta' Google jfittxu fi ħdan mijiet ta' biljuni ta' paġni web u informazzjoni oħra fl-indiċi tas-Search tagħna biex isibu l-aktar riżultati rilevanti u utli għal dak li int tkun qed tfittex.
-
ittestjar rigoruż
Titjib kontinwu tal-esperjenza tiegħek
Nafu li dejjem hemm xi ħaġa xi ntejbu f'Search. Din hi r-raġuni għaliex immexxu mijiet ta' eluf ta' esperimenti kull sena, li jwasslu f'eluf ta' aspetti mtejba, li lkoll jiġu ttestjati b'mod rigoruż. -
Detezzjoni tal-ispam
Inħarsu s-sikurezza tiegħek fuq Search
Hekk kif isir bl-email, kultant scams ta' phishing u atturi oħrajn b'intenzjonijiet ħżiena jippruvaw jagħmluha tabirruħhom kontenut rilevanti ħafna. Search taħdem biex tidentifika dawn it-theddidiet b'mod awtomatiku u żżommhom barra mir-riżultati ewlenin tagħna.
Sib il-fatti
Skopri aktar
-
Google AI
Tragward storiku ġdid tal-IA għat-tiftix
-
RIŻULTATI F'ĦIN REALI
Kif Google Search tirreaġixxi f'mumenti kritiċi
-
IMPATT EKONOMIKU
Kif jidhru r-reklami f'Google Search
-
Google AI
Kif l-IA qed tgħinek tfittex viżwalment