Jump to Content

Funzjonijiet siewja

Kull sena, aħna naraw triljuni ta' tfittxijiet. Il-funzjonijiet ta' tiftix ta' Google jiżguraw li int tkun tista' tikseb l-informazzjoni t-tajba fil-ħin opportun fil-format li jkun l-aktar utli għad-domanda tiegħek. Kultant tkun paġna web, u kultant tkun informazzjoni dwar id-dinja reali bħal mappa jew inventarju f'ħanut lokali.

Play silent looping video Pause silent looping video

Il-Grafika tal-Għarfien tagħti informazzjoni istantanja fuq nies, postijiet u oġġetti.

Il-Grafika tal-Għarfien hi l-bażi tad-dejta tagħna ta' aktar minn ħames biljuni persuna, post u oġġett mid-dinja reali b'aktar minn 500 biljun fatt. Tista' tikseb informazzjoni rapida għal mistoqsijiet bħal “X'inhu t-Torri Eiffel?”, “Kemm hu twil?”, “Meta nfetaħ għall-ewwel darba?” u mbagħad tikklikkja biex tesplora fuq il-web.

Play silent looping video Pause silent looping video
Play silent looping video Pause silent looping video

Mit-temp ta' bħalissa sal-aħħar punteġġi sportivi, it-tweġibiet utli jżommuk aġġornat/aġġornata.

Qed tfittex punteġġi sportivi, kwoti tal-istokks, tbassir tat-temp, jew il-ħinijiet tal-wiri ta' film fiċ-ċinema? Google tipprovdilek dan b'faċilità liema bħalha billi tissieħeb ma' fornituri speċjalizzati tal-informazzjoni. Aħna nilliċenzjaw il-kontenut tagħhom biex nipprovdu tweġibiet utli direttament fil-paġna tar-riżultati ta' Search.

Play silent looping video Pause silent looping video
Play silent looping video Pause silent looping video

Aħna ngħinuk issib u tevalwa informazzjoni ta' kwalità għolja.

Sew jekk qed tfittex informazzjoni dwar is-saħħa, aspetti ċiviċi, jew saħansitra jekk qed tivverifika bejjiegħ online qabel ma tixtri mingħandu - aħna impenjati biex ngħinuk issib informazzjoni ta' kwalità għolja online u ħloqna għodod biex ngħinuk tevalwa l-affidabbiltà tal-informazzjoni jew tas-sorsi.

Sir af aktar dwar l-għodod li jgħinuk tevalwa l-informazzjoni online b'mod kritiku

Play silent looping video Pause silent looping video
Play silent looping video Pause silent looping video

L-għodod tagħna għat-tfal u għall-familji jgħinuna nagħmlu Search aktar sikura għal kulħadd.

Waħda mill-aktar partijiet importanti tat-tfulija hi l-kuriżità tat-tfal li twassalhom biex jistaqsu. Għalhekk aħna nipprovdu għodod bħall-filtri tal-kontenut u l-kontrolli ta' superviżjoni biex jgħinu lil Google Search tkun post li l-familja kollha tista' tfittex fih b'kunfidenza għal informazzjoni ġdida.

Sir af aktar dwar is-sikurezza għall-familja

Discover tgħinek tkompli tesplora l-interessi tiegħek.

Anki meta ma jkollokx domanda speċifika f'moħħok, xorta jaf tkun tixtieq tkun ispirat/ispirata mill-affarijiet li jkunu l-aktar għal qalbek. Għalhekk bnejna Discover. Discover, li ssibha fl-applikazzjoni ta' Google, fuq l-iskrins ewlenin ta' Android, u fuq il-paġna ewlenija ta' Google fuq il-mowbajl, hi feed personalizzata li tgħinek tesplora kontenut imfassal apposta għall-interessi tiegħek. Tista' wkoll tippersonalizza l-esperjenza billi ssegwi suġġetti u tindika meta tkun tixtieq tara aktar jew anqas fuq suġġett partikolari.

Play silent looping video Pause silent looping video