Il-ġlieda kontra l-ispam biex inżommu r-riżultati li nagħtuk siguri u siewja hija sfida li nħabbtu wiċċna magħha kuljum.
Għalkemm nixtiequ nagħtu iktar informazzjoni dwar kif jaħdem Tiftix, jeħtieġ li noqogħdu attenti wkoll biex ma nagħtux wisq dettalji — wisq dettalji jistgħu jwasslu biex inkun hemm min jimmanipula r-riżultati tat-tiftix u hekk kulħadd jispiċċa tellief.
Din kienet esperjenza li fl-imgħoddi għaddejna minnha. Fl-1999, il-fundaturi ta' Google ħarġu dokument importanti dwar PageRank, sistema innovattiva li kienet kruċjali għall-algoritmu ta' Google. Wara li ħareġ dak id-dokument, l-ispammers ippruvaw jimmanipulaw is-sistema ta' Google u bdew iħallsu lil xulxin għall-ħoloq.
Tiftix huwa għodda b'saħħitha. Huwa teknoloġija li jgħin lin-nies isibu, jaqsmu u jiksbu għadd kbir ta' kontenut, ikunu fejn ikunu u jaqbdu kif jaqbdu mal-pjattaforma tagħna. Aħna naħdmu qatigħ biex niżguraw li meta tuża Tiftix, nagħtuk riżultati ta' kwalità u mhux spam. Il-ħidma tagħna biex dejjem intejbu t-teknoloġija tagħna għal kontra l-ispam tkompli bla waqfien u se nkomplu naħdmu fil-qrib mas-sidien tas-siti u nies oħra biex inrawmu u nkomplu nibnu ekosistema ta' siti ta' kwalità.