Kif jaħdem Google Tiftix
Kull darba li tfittex xi ħaġa, ikun hemm eluf—kultant anki miljuni—ta' paġni tal-internet jew kontenut ieħor li jistgħu jkunu dak li qed tfittex. Google tuża s-sistemi avvanzati tagħha biex tagħtik l-iktar riżultati siewja għat-tiftixa tiegħek.
L-ikbar biblijoteka fid-dinja
L-indiċi ta' Tiftix tagħna huwa bħal biblijoteka li jiġbor fih iktar informazzjoni mill-biblijoteki kollha tad-dinja f'daqqa. U l-ħin kollu qed inżidu miegħu—dejta dwar il-paġni tal-internet, stampi, kotba, vidjos, fatti u ħafna iktar.
Insibulek ir-riżultati minnufih
Is-sistemi awtomatiċi ta' Google Tiftix iqallbu mijiet ta' biljuni ta' paġni tal-internet u informazzjoni oħra fl-indiċi ta' Tiftix tagħna f'ħakka t'għajn biex isibulek l-aħjar u l-iktar riżultati siewja skont dak li tkun qed tfittex.
Naħdmu bla heda biex intejbu l-esperjenza tiegħek
Nafu li Tiftix dejjem jista' jkun aħjar. Kull sena nwettqu mijiet ta' eluf ta' esperimenti li, wara għadd ta' testijiet, iwasslu għal eluf ta' bidliet biex intejbu l-esperjenza tiegħek.
Inħarsuk int u tuża Tiftix
L-istess kif jiġri bl-emails, is-siti ta' phishing u pjattaformi oħra bi ħsibijiet ħżiena kultant jippruvaw jagħtu x'jifhmu li huma kontenut siewi ħafna. Tiftix jaħdem biex isib dan ix-xorta ta' theddid mill-ewwel u ma jurihx fost l-ewwel riżultati tat-tiftix.