Lista ta' servizzi u termini addizzjonali speċifiċi għas-servizzi
Servizzi li jużaw it-Termini tas-Servizz ta' Google u t-termini u l-politiki addizzjonali speċifiċi għas-servizz tagħhom
It-Termini tas-Servizz ta' Google japplikaw għas-servizzi elenkati hawn taħt. Ħdejn kull servizz, inniżżlu wkoll termini u politiki addizzjonali li japplikaw għal dak is-servizz partikolari. It-Termini tas-Servizz, it-termini addizzjonali, u l-politiki jiddefinixxu r-relazzjoni tagħna u l-aspettattivi reċiproċi hekk kif tuża dawn is-servizzi.
Din il-lista tinkludi biss servizzi rregolati bit-Termini tas-Servizz ġenerali ta' Google. Numru limitat ta' servizzi popolari, bħal YouTube, għandhom it-termini tagħhom stess minħabba l-karatteristiċi uniċi tagħhom. Ħafna mill-prodotti tagħna bbażati fuq tariffi u l-prodotti APIs tagħna għall-iżviluppaturi għandhom it-termini tagħhom stess ukoll.
Ħafna drabi nniedu servizzi ġodda u kultant naġġornaw it-termini u l-politiki tagħna. Nagħmlu l-almu tagħna biex inżommu din il-paġna aġġornata u nimmiraw li nġedduha regolarment.
















































































































