Kif Google tuża numri tal-karti ta' kreditu għall-pagamenti
Google tuża n-numri tal-karti ta' kreditu u ta' debitu li int tipprovdi biex tiffaċilita l-ħlasijiet għax-xiri online jew offline li tagħmel, inklużi t-tranżazzjonijiet ta' Google Play u Google Pay, u għal skopijiet ta' mitigazzjoni tal-frodi. L-Avviż ta' Privatezza ta' Google Payments jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar kif nużaw l-informazzjoni tal-ħlas u l-kont tiegħek, inkluża l-informazzjoni li niġbru u kif naqsmuha. Naqsmu biss informazzjoni personali ma' partijiet terzi fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-Avviż ta' Privatezza ta' Google Payments. In-numri tal-karti ta' kreditu u ta' debitu li int tipprovdi lil Google jiġu kriptati u maħżuna fuq servers siguri f'post sigur.