Kif taħdem Google Voice
Google Voice jaħżen, jipproċessa u jżomm l-istorja tat-telefonati tiegħek (inkluż in-numru tat-telefown tal-parti li ċċempel, in-numru tat-telefown tal-parti li tirċievi t-telefonata, il-ħin u t-tul tat-telefonata), il-messaġġ(i) ta' merħba tal-voicemail, il-messaġġi tal-voicemail, il-messaġġi tax-Short Message Service (SMS), il-konverżazzjonijiet irreġistrati, u dejta oħra relatata mal-kont tiegħek biex nipprovdulek is-servizz.
Tista' tħassar l-istorja tat-telefonati tiegħek, il-messaġġ(i) ta' merħba tal-voicemail, messaġġi tal-voicemail (kemm awdjo kif ukoll traskrizzjonijiet), messaġġi tax-Short Message Service (SMS), u konverżazzjonijiet reġistrati permezz tal-kont ta' Google Voice tiegħek, għad li l-istorja tat-telefonati tiegħek għal telefonati bi ħlas tista' tibqa' viżibbli fil-kont tiegħek. Xi informazzjoni tista' tinżamm fuq is-servers attivi tagħna b'mod temporanju għall-finijiet ta' fatturazzjoni jew ta' negozju oħrajn, u kopji residwi jistgħu jibqgħu fis-sistemi ta' backup tagħna. Kopji anonimizzati ta' informazzjoni ta' rekord tat-telefonati, b'ebda informazzjoni personalment identifikabbli, jinżammu fis-sistemi tagħna biex nissodisfaw ir-rekwiżiti ta' rapportar u ta' awditjar tagħna.