Termini ewlenin
- Affiljati
- Algoritmu
- Apparat
- Cache tad-dejta ta' applikazzjoni
- Cookies
- Ħżin tal-web mill-brawżer
- Identifikaturi uniċi
- Indirizz IP
- Informazzjoni mhux identifikabbli personalment
- Informazzjoni Personali
- Informazzjoni personali sensittiva
- Kont ta' Google
- Logs tas-servers
- Tag ta' Pixel
- URL ta' Provenjenza
Affiljati
Affiljat hu entità li tappartjeni għall-grupp ta' kumpaniji Google, inklużi l-kumpaniji li ġejjin li jipprovdu servizzi tal-konsumatur fl-UE: Google Ireland Limited, Google Commerce Ltd, Google Payment Corp, u Google Dialer Inc. Sir af aktar dwar il-kumpaniji li jipprovdu servizzi kummerċjali fl-UE.
Algoritmu
Proċess jew sett ta' regoli segwit minn kompjuter fit-twettiq ta' operazzjonijiet ta' soluzzjoni ta' problemi.
Apparat
Apparat hu kompjuter li jista' jintuża biex jiġu aċċessati servizzi ta' Google. Pereżempju, kompjuters desktop, tablets, speakers intelliġenti, u smartphones ilkoll jitqiesu bħala apparati.
Cache tad-dejta ta' applikazzjoni
Cache tad-dejta tal-applikazzjonijiet hija repożitorju tad-dejta fuq apparat. Tista', pereżempju, tippermetti li applikazzjoni tal-web taħdem mingħajr konnessjoni mal-internet u ttejjeb il-prestazzjoni tal-applikazzjoni billi tippermetti llowdjar aktar veloċi tal-kontenut.
Cookies
Cookie hi fajl żgħir li fih serje ta' karattri li jintbagħat lill-kompjuter tiegħek meta żżur sit web. Meta terġa' żżur is-sit, il-cookie tippermetti lis-sit jagħraf il-brawżer tiegħek. Il-cookies jistgħu jaħżnu l-preferenzi tal-utenti u informazzjoni oħra. Tista' tikkonfigura l-brawżer tiegħek biex jirrifjuta l-cookies kollha jew jindika meta tkun qed tintbagħat cookie. Madankollu, xi karatteristiċi jew servizzi tas-siti web jaf ma jaħdmux kif suppost mingħajr cookies. Sir af aktar dwar kif Google tuża l-cookies u kif Google tuża dejta, inklużi cookies, meta tuża s-siti jew l-apps tas-sħab tagħna.
Ħżin tal-web mill-brawżer
Il-ħżin tal-web mill-brawżer jippermetti lis-siti web jaħżnu d-dejta fi brawżer fuq apparat. Meta jintuża fil-modalità "ħżin lokali", jippermetti li d-dejta tinħażen matul is-sessjonijiet. Dan jippermetti li d-dejta tkun tista' tiġi rkuprata anke wara li brawżer ikun ingħalaq u reġa' nfetaħ. Waħda mit-teknoloġiji li tiffaċilita l-ħżin tal-web hija HTML 5.
Identifikaturi uniċi
Identifikatur uniku huwa sensiela ta' karattri li tista' tintuża biex tidentifika b'mod uniku brawżer, app jew apparat. Identifikaturi differenti jvarjaw f'kemm ikunu permanenti, jekk jistgħux jiġu rrisettjati mill-utenti, u kif jistgħu jiġu aċċessati.
L-identifikaturi uniċi jistgħu jintużaw għal diversi skopijiet, inklużi s-sigurtà u l-iskoperta tal-frodi, is-sinkronizzazzjoni tas-servizzi bħall-inbox tal-email tiegħek, il-preżervazzjoni tal-preferenzi tiegħek u l-provvista ta' reklamar personalizzat. Pereżempju, l-identifikaturi uniċi maħżuna fil-cookies jgħinu lis-siti juru l-kontenut fil-brawżer tiegħek bil-lingwa preferuta tiegħek. Tista' tikkonfigura l-brawżer tiegħek biex jirrifjuta l-cookies kollha jew jindika meta tkun qed tintbagħat cookie. Sir af aktar dwar kif Google tuża l-cookies.
Fuq pjattaformi oħra minbarra brawżers, jintużaw identifikaturi uniċi biex jingħaraf apparat speċifiku jew app speċifika fuq dak l-apparat. Pereżempju, jintuża identifikatur uniku bħall-ID tar-Reklamar biex jipprovdi reklamar rilevanti fuq apparati Android, u jista' jiġi mmaniġġjat fis-settings tal-apparat tiegħek. L-identifikaturi uniċi jistgħu jiġu inkorporati wkoll f'apparat mill-manifattur tiegħu (kultant imsejħin ID universalment uniku jew UUID), bħan-numru IMEI ta' mowbajl. Pereżempju, identifikatur uniku ta' apparat jista' jintuża biex nippersonalizzaw is-servizz tagħna għall-apparat tiegħek jew nanalizzaw problemi fl-apparat relatati mas-servizzi tagħna.
Indirizz IP
Kull apparat konness mal-Internet jiġi assenjat numru magħruf bħala indirizz tal-protokoll tal-Internet (IP). Dawn in-numri normalment jiġu assenjati fi blokok ġeografiċi. Indirizz IP spiss jista' jintuża biex jidentifika l-post minn fejn apparat ikun qed jaqbad mal-Internet. Sir af aktar dwar kif nużaw l-informazzjoni dwar il-post.
Informazzjoni mhux identifikabbli personalment
Din hija informazzjoni li tiġi rreġistrata dwar l-utenti sabiex ma tibqax tirrifletti jew tirreferi għal utent identifikabbli fuq bażi individwali.
Informazzjoni Personali
Din hija informazzjoni li tipprovdilna li tidentifikak personalment, bħal ismek, l-indirizz elettroniku jew informazzjoni dwar il-kontijiet, jew dejta oħra tiegħek li tista' tkun marbuta b'mod raġonevoli ma' tali informazzjoni minn Google, bħal informazzjoni li nassoċjaw mal-Kont ta' Google tiegħek.
Informazzjoni personali sensittiva
Din hija kategorija partikolari ta' informazzjoni personali relatata ma' suġġetti bħal fatti mediċi kunfidenzjali, l-oriġini razzjali jew etnika, it-twemmin politiku jew reliġjuż, jew is-sesswalità.
Kont ta' Google
Tista' taċċessa xi wħud mis-servizzi tagħna billi tirreġistra għal Kont ta' Google u tipprovdilna xi informazzjoni personali (ġeneralment ismek, l-indirizz elettroniku u password). Din l-informazzjoni tal-kont tintuża biex tawtentikak meta taċċessa s-servizzi ta' Google u tipproteġi l-kont tiegħek minn aċċess mhux awtorizzat minn ħaddieħor. Tista' teditja jew tħassar il-kont tiegħek fi kwalunkwe ħin permezz tas-settings tal-Kont ta' Google tiegħek.
Logs tas-servers
Bħal ħafna mis-siti web, is-servers tagħna jirreġistraw b'mod awtomatiku t-talbiet lill-paġna li jsiru meta żżur is-siti tagħna. Ġeneralment, dawn il-"logs tas-server" jinkludu t-talba tal-web tiegħek, l-indirizz tal-Protokoll tal-Internet, it-tip ta' brawżer, il-lingwa tal-brawżer, id-data u l-ħin tat-talba tiegħek, u cookie waħda jew aktar li jistgħu jidentifikaw b'mod uniku l-brawżer tiegħek.
Entrata ta' log tipika għal tfittxija għal "karozzi" tidher bħal din:
123.45.67.89 - 25/Mar/2003 10:15:32 -
http://www.google.com/search?q=cars -
Chrome 112; OS X 10.15.7 -
740674ce2123e969
123.45.67.89
huwa l-indirizz tal-Protokoll tal-Internet assenjat lill-utent mill-ISP tal-utent. Skont is-servizz tal-utent, indirizz differenti jista' jiġi assenjat lill-utent mill-fornitur ta' servizzi tiegħu kull darba li jaqbad mal-Internet.25/Mar/2003 10:15:32
hija d-data u l-ħin tat-talba.http://www.google.com/search?q=cars
huwa l-URL mitlub, inkluża t-talba għat-tiftix.Chrome 112; OS X 10.15.7
huma l-brawżer u s-sistema operattiva li qed jintużaw.740674ce2123a969
huwa l-ID uniku tal-cookie assenjat lil dan il-kompjuter partikolari l-ewwel darba li żar Google. (Il-cookies jistgħu jitħassru mill-utenti. Jekk l-utent ikun ħassar il-cookie mill-kompjuter sa mill-aħħar darba li żar Google, allura din tkun l-ID uniku tal-cookie assenjat għall-apparat tiegħu meta jerġa' jżur Google minn dak l-apparat partikolari).
Tag ta' Pixel
Pixel tag hija tip ta' teknoloġija mqiegħda fuq sit web jew fil-korp ta' email bil-għan li tiġi segwita ċerta attività, bħal viżwalizzazzjonijiet ta' sit web jew meta tinfetaħ email. Il-pixel tags ħafna drabi jintużaw flimkien mal-cookies.
URL ta' Provenjenza
URL ta' Riferiment (Lokatur tar-Riżorsi Uniformi) hu informazzjoni trażmessa lil paġna web ta' destinazzjoni minn brawżer tal-web, tipikament meta tikklikkja link għal dik il-paġna. Il-URL ta' Riferiment fih il-URL tal-aħħar paġna web li żar il-brawżer.