Min huma s-sħab ta' Google?

Google taħdem ma' negozji u organizzazzjonijiet b'varjetà ta' modi. Nirreferu għal dawn in-negozji u organizzazzjonijiet bħala "sħab". Pereżempju, aktar minn 2 miljun siti u apps li mhumiex ta' Google jissieħbu ma' Google biex juru reklami. Miljuni ta' sħab żviluppaturi jippubblikaw l-apps tagħhom fuq Google Play. Sħab oħra jgħinu lil Google biex s-servizzi tagħna jkunu siguri; informazzjoni dwar theddid għas-sigurtà tista' tgħinna ninnotifikawk jekk naħsbu li l-kont tiegħek ġie kompromess (f'liema punt nistgħu ngħinuk tieħu passi biex tipproteġi l-kont tiegħek).

Kun af li naħdmu wkoll ma' negozji ta' fiduċja bħala "proċessuri tad-dejta" aktar milli sħab, jiġifieri li jipproċessaw l-informazzjoni f'isimna, biex jappoġġjaw is-servizzi tagħna, skont l-istruzzjonijiet tagħna u f'konformità mal-Politika tal-Privatezza tagħna u miżuri xierqa oħra ta' kunfidenzjalità u sigurtà. Il-Politika tal-Privatezza ta' Google għandha aktar informazzjoni dwar kif nużaw il-proċessuri tad-dejta.

Ma naqsmux informazzjoni li tidentifikak b'mod personali mas-sħab tar-reklamar tagħna, bħal ismek jew l-indirizz elettroniku tiegħek, sakemm ma titlobniex naqsmuh. Pereżempju, jekk tara reklam għal ħanut tal-fjuri fl-inħawi u tagħżel il-buttuna "taptap biex iċċempel", inqabbdu t-telefonata tiegħek u nistgħu naqsmu n-numru tat-telefown tiegħek mal-ħanut tal-fjuri.

Tista' taqra aktar dwar l-informazzjoni li tiġbor Google, inkluż mingħand is-sħab, fil-Politika tal-Privatezza.

Tinfetaħ f'tab ġdida(tiftaħ nota f'qiegħ il-paġna)
Apps ta' Google
Menu prinċipali