Oqfsa legali għat-trasferimenti tad-dejta

Effettiva minn 16 ta’ Settembru 2024 | Verżjonijiet arkivjati

Inmantnu servers madwar id-dinja u l-informazzjoni tiegħek tista' tiġi pproċessata fuq servers li jinsabu barra mill-pajjiż fejn tgħix. Il-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta jvarjaw fost il-pajjiżi, b'uħud jipprovdu aktar protezzjoni minn oħrajn. Irrispettivament minn fejn tiġi pproċessata l-informazzjoni tiegħek, napplikaw l-istess protezzjonijiet deskritti fil-Politika tal-Privatezza. Nikkonformaw ukoll ma' ċerti oqfsa legali relatati mat-trasferiment tad-dejta, bħall-oqfsa deskritti hawn taħt.

Deċiżjonijiet dwar l-adegwatezza

Il-Kummissjoni Ewropea ddeterminat li ċerti pajjiżi barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jipproteġu l-informazzjoni personali b'mod adegwat, li jfisser li d-dejta tista' tiġi ttrasferita mill-Unjoni Ewropea (UE) u n-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Iżlanda lejn dawk il-pajjiżi. Ir-Renju Unit u l-Iżvizzera adottaw mekkaniżmi ta' adegwatezza simili. Aħna nibbażaw fuq il-mekkaniżmi ta' adegwatezza li ġejjin:

l-Oqfsa tal-Privatezza tad-Dejta UE-Stati Uniti u Żvizzera-Stati Uniti

Kif deskritt fiċ-ċertifikazzjoni tal-Qafas tal-Privatezza tad-Dejta, aħna nikkonformaw mal-Oqfsa tal-Privatezza tad-Dejta (DPF) bejn l-UE u l-Istati Uniti u l-Iżvizzera u l-Istati Uniti u mal-Estensjoni tar-Renju Unit għad-DPF bejn l-UE u l-Istati Uniti kif stabbilit mid-Department of Commerce tal-Istati Uniti rigward il-ġbir, l-użu u ż-żamma ta' informazzjoni personali miż-ŻEE, mill-Iżvizzera u mir-Renju Unit, rispettivament. Google LLC (u s-sussidjarji mill-Istati Uniti li huma kompletament proprjetà tagħha, sakemm ma jkunux esklużi b'mod espliċitu) iċċertifikat li hija taderixxi mal-Prinċipji tad-DPF. Google tibqa' responsabbli għal kwalunkwe parti mill-informazzjoni personali tiegħek li tiġi xxerjata fid-dawl tal-Prinċipju ta' Trasferiment Ulterjuri ma' partijiet terzi għall-ipproċessar estern f'isimna, kif deskritt fit-taqsima “Ixxerjar tal-informazzjoni tiegħek” tal-Politika tal-Privatezza tagħna. Biex issir taf aktar dwar id-DPF, u biex tara ċ-ċertifikazzjoni ta' Google, jekk jogħġbok żur is-sit web tad-DPF.

Jekk ikollok domandi dwar il-prattiki tal-privatezza tagħna fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tad-DPF tagħna, aħna nħeġġuk tikkuntattjana. Google hi soġġetta għall-poteri investigattivi u tal-infurzar tal-Federal Trade Commission tal-Istati Uniti. Tista' tirreferi lment lill-awtorità lokali tiegħek għall-protezzjoni tad-dejta u se naħdmu magħhom biex insolvu l-kwistjoni. F'ċerti ċirkustanzi, id-DPF jipprovdi d-dritt li jiġi invokat arbitraġġ vinkolanti biex jiġu solvuti lmenti mhux solvuti b'mezzi oħra, kif deskritt fl-Anness I għall-Prinċipji tad-DPF.

Klawżoli kuntrattwali standard

Il-klawżoli kuntrattwali standard (SCCs) huma impenji bil-miktub bejn il-partijiet li jistgħu jintużaw bħala bażi għat-trasferimenti tad-dejta miż-ŻEE lejn pajjiżi terzi billi jipprovdu salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-dejta. L-SCCs ġew approvati mill-Kummissjoni Ewropea u ma jistgħux jiġu mmodifikati mill-partijiet li jużawhom (tista' tara l-SCCs adottati mill-Kummissjoni Ewropea hawnhekk, hawnhekk u hawnhekk). Klawżoli bħal dawn ġew approvati wkoll għal trasferimenti ta' dejta lejn pajjiżi barra r-Renju Unit u l-Iżvizzera. Meta meħtieġ nibbażaw fuq l-SCCs għat-trasferimenti tad-dejta tagħna u f'każijiet li fihom ma jkunux koperti minn deċiżjoni ta' adegwatezza. Jekk trid tikseb kopja tal-SCCs, tista' tikkuntattjana.

Google tista' wkoll tinkorpora SCCs f'kuntratti ma' klijenti tas-servizzi tan-negozju tagħha, inkluż Google Workspace, Google Cloud Platform, Google Ads u prodotti ta' reklami u ta' kejl oħra. Sir af aktar fuq privacy.google.com/businesses.

Tinfetaħ f'tab ġdida(tiftaħ nota f'qiegħ il-paġna)
Apps ta' Google
Menu prinċipali